MIN HI MARIJA?

April 3rd, 2010 @ 16:54 |

MIN HI MARIJA?

Mons. Sylvester Magro ofm

(pp. 77)

© Copyright 1998 – EDIZZJONI TAU


Bħala tħejjija għas-Sena tal-Ġublew tas-sena 2000, il-Kustodja Franġiskana ta’ l-Art Imqaddsa riedet tippromwovi dik li ssejħet il-Peregrinatio Mariae mondjali. L-Istatwa tal-Madonna ta’ Nażaret bħalissa qiegħda ddur l-ibliet tad-dinja. L-Insara huma msejħa biex idawwru ħarsithom lejn Marija, l-Ewwel Dixxipla ta’ Ġesù, biex minnha jieħdu ispirazzjoni u kuraġġ. Ħassejna li l-presenza tal-Madonna ta’ Nażaret f’Malta u Għawdex għandna niċċentrawha fuq it-tagħlim, tagħlim li mbagħad jista’ jsir ukoll ċelebrazzjoni u ħajja. Hu proprju għalhekk li qegħdin nippreżentaw dan il-ktejjeb ta’ tagħlim Marjan ippreparat u miktub minn Mons. Silvestru Magro OFM, Isqof ta’ Benghazi fil-Libya.

FREE download here (pdf)