Il-Maltin fl-Eġittu

April 21st, 2010 @ 23:24 |

Nota Bibliografika
IL-MALTIN FL-EĠITTU
Ġorġ Aquilina OFM

Il-Missjoni ta’ l-Eġittu mill-bidunett tagħha kienet parti mill-Kustodja [Provinċja] Franġiskana ta’ l-Art Imqaddsa, bil-Kunvent Kustodjali [Provinċjali] f’Ġerusalemm, u dan sa l-1992 meta l-Eġittu sar Provinċja Franġiskana awtonoma. It-tagħrif uffiċjali dwar il-patrijiet Franġiskani Maltin li ħadmu fl-Eġittu jinsab fl-arkivju ta’ Ġerusalemm, kif ukoll in situ, f’dawk il-kunventi li għadhom jeżistu fl-Eġittu sa llum. Ħafna mill-materjal tal-Kunventi li kellhom jagħalqu, illum jinsab f’Kunventi oħrajn.

Il-Maltin fl-Eġittu (pdf)