Archive for the ‘Ed. TAU Books’ Category

ASSISI MAL-FRANĠISKANI

Monday, April 5th, 2010

ASSISI MAL-FRANĠISKANI

Noel Muscat ofm

(pp. 100)

© Copyright 1996 – EDIZZJONI TAU

L-iskop ta’ din il-Gwida hu li toffri l-possibiltà li wieħed iżur Assisi bil-kalma, u joqgħod hemm aktar minn jum wieħed. Għax tassew, biex tifhem lil S. Franġisk u l-messaġġ tiegħu, trid tiggosta l-postijiet li hu qaddes bil-preżenza tiegħu. Fosthom għandhom importanza kbira Assisi, il-mutanja La Verna, u s-santwarji tal-Valle Reatina. Dan il-ktejjeb jgħin lill-pellegrin biex, flimkien ma’ S. Franġisk, jgħix dawk il-ġrajjiet importanti tal-ħajja tal-“Poverello”: il-konverżjoni tiegħu, il-bidu tal-moviment li waqqaf flimkien ma’ S. Klara, il-pjagi li hu rċieva fuq La Verna fl-1224, ir-Regola tal-patrijiet tiegħu li kitibha Fontecolombo fl-1223, il-Milied li iċċelebra fi Greccio fl-istess sena. Kull santwarju jitkellem mhux biss permezz ta’ l-istorja tiegħu, imma wkoll bl-għajnuna tal-Ħajjiet Medjevali, jew Fonti Francescani, li jirrakkontaw dawn il-ġrajjiet.

FREE download here (pdf)


BIERKU LILL-MULEJ

Saturday, April 3rd, 2010

BIERKU LILL-MULEJ

Nitolbu ma’ Franġisku u Klara t’Assisi

Noti ta’ Noel Muscat ofm

(pp. 164)

© Copyright 1999 – EDIZZJONI TAU

“Bierku lill-Mulej, Nitolbu ma’ Franġisku u Klara t’Assisi”, huwa ġabra ta’ talb ta’ S. Franġisk u siltiet ta’ talb li joħroġ mill-erba’ ittri li S. Klara kitbet lil S. Anjeże ta’ Praga. Żidna spjega fil-qosor tal-kuntest u ċ-ċirkustanza li fiha nkitbet u kienet tintuża kull talba. Fl-aħħar tal-ktejjeb żidna wkoll indiċi ta’ suġġerimenti kif u f’liema ċirkustanzi tista’ titlob bħal S. Franġisk u S. Klara.

FREE download here (pdf)


FRANĠISKU: IL-MIXJA W IL-ĦOLMA

Saturday, April 3rd, 2010

FRANĠISKU: IL-MIXJA W IL-ĦOLMA

Il-Ħajja ta’ San Franġisk t’Assisi

Murray Bodo ofm.

Titlu oriġinali: The Journey and the Dream.
Traduzzjoni: Ġużepp. B. Xuereb ofm.

(pp. 164)

© Copyright 1999 – EDIZZJONI TAU

Dan il-ktieb, għalkemm diġà ħaddew aktar minħamsa u ħoxrin sena mill-ewwel pubblikazzjoni tieħu, joffri b’mod mill-akta ħaj u sempliċi, il-mixja u ħolma tal-qaddis Franġisku t’Assisi. Ktieb li inti u taqrah, tieqaf u tixtarr kull kelma u timmedita esperjenza ta’ bniedem li, aktar mill ħa riskju kalkulat, iddeċieda li jimxi tassew wara Dak li qalbu kienet ħobb, billi intelaq għal kollox f’idejh.

FREE download here (pdf)


GLORJA TAL-KLERU MALTI

Saturday, April 3rd, 2010

GLORJA TAL-KLERU MALTI

BEATU NAZJU FALZON

Marjanu Vella ofm

(pp. 81)

© Copyright 2001 – EDIZZJONI TAU

Għall-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Ven. Nazju Falzon, il-Patrijiet Franġiskani, li fil-knisja tagħhom fil-Belt hemm il-qabar tiegħu, qablu li jistampaw it-tielet ħarġa tal-ktieb “Glorja tal-Kleru Malti” miktub minn Patri Marjanu Vella O.F.M., u issa rivedut minn Patri Ġorġ Aquilina ofm.

FREE download here (pdf)


HOMILIES-SPEECHES in the Holy Land

Saturday, April 3rd, 2010

HOMILIES-SPEECHES
in the Holy Land

Pope John Paul II

(pp. 42)

© Copyright 2000 – EDIZZJONI TAU

CONTENTS:
Monday 20 March 2000:
AMMAN – Airport – Speech
Tuesday 21 March 2000:
AMMAN – Stadium – Homily;
TEL AVIV – Airport – Speech
Wednesday 22 March 2000:
BETHLEHEM – Heliport – Speech;
BETHLEHEM – Manger Square – Homily;
DEHEISHA – Refugee Camp – Speech
Thursday 23 March 2000:
JERUSALEM – Chapel of the Cenacle – Homily;
JERUSALEM – Hall of Remembrance of Yad Vashem – Speech;
JERUSALEM – Pontifical Institute Notre Dame – Speech
Friday 24 March 2000:
KORAZIN – (Mount of the Beatitudes) – Homily
Saturday 25 March 2000:
NAZARETH – Annunciation Basilica – Homily;
JERUSALEM – Greek Orthodox Patriarchate – Speech
Sunday 26 March 2000:
JERUSALEM – Church of the Holy Sepulchre – Homily;
JERUSALEM – Church of the Holy Sepulchre – Angelus

FREE download here (pdf)


IL-FRANĠISKANI F’GĦAJNSIELEM

Saturday, April 3rd, 2010

IL-FRANĠISKANI F’GĦAJNSIELEM

Il-Knisja u l-Kunvent ta’ Sant’Antnin
100 sena ta’ storja
1899-1999

Ġorġ Aquilina ofm

(pp. 119)

© Copyright 2000 – EDIZZJONI TAU

WERREJ:
Preżentazzjoni; Daħla; 1. Qabel il-wasla; 2. Il-Bidu; 3. Il-kisba ta’ l-art; 4. Jibda’ l-bini tal-Kunvent; 5. Il-Bini tal-Knisja; 6. Il-Knisja tibda tilbes; 7. It-Tberik tal-Knisja; 8. Jitkompla l-bini tal-Kunvent; 9. Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja, u wara; 10. Il-Provinçja ta’ San Pawl; 11. Il-Kunvent jitkabbar u l-Knisja tisbieħ; 12. Ħarsa ’l quddiem; 13. Kliem imqassar u tifsir tiegħu; Biblijografija; Indiċi analitiku u tal-ismijiet; Ritratti – Tifkira.

FREE download here (pdf)


IL-FRANĠISKANI U L-IMMAKULATA

Saturday, April 3rd, 2010

JOHN DUNS SCOTUS,
IL-FRANĠISKANI U L-IMMAKULATA

Tota Pulchra es Maria
150 ANNIVERSARJU MILL-PROKLA-MAZZJONI TAD-DOMMA TA’ FIDI TA’ L-IMMAKULATA (8 TA’ DIĊEMBRU 1854)

Noel Muscat ofm

(pp. 85)

© Copyright 2004 – EDIZZJONI TAU

L-iskop ta’ dan l-istudju hu li juri kif id-duttrina Kattolika dwar l-Immakulata Kunċizzjoni għandha storja twila ħafna, li tmur lura għall-ewwel sekli ta’ l-eżistenza kristjana. Din l-istorja hi importanti biex nifhmu kif l-insara, sa minn żmien is-Santi Padri, kienu jemmnu bil-qawwa kollha li Marija, Omm Ġesù, li l-Konċilju ta’ Efesu fis- sena 431 iddikjaraha bħala «Theotókos», Omm Alla, ma kienx xieraq li tkun, imqar għal mument wieħed biss minn ħajjitha, imċappsa bid-dnub, la dak attwali, u saħansitra lanqas dak oriġinali. L-istorja hi xhieda tal-qima u mħabba li l-insara dejjem urew lejn Omm Alla, billi tawha l-isbaħ titli li qatt setgħu jimmaġinaw, u dejjem qisuha bħala l-verġni l- aktar safja u sabiħa, u applikaw għaliha bosta xbiehat meħudin mill-Iskrittura.

FREE download here (pdf)


IL-KTIEB TA’ ĠOB

Saturday, April 3rd, 2010

IL-KTIEB TA’ ĠOB

MIKTUB GĦAL KULL MIN BATA JEW QIEGĦED IBATI

Guido Schembri ofm

(pp. 49)

© Copyright 2005 – EDIZZJONI TAU

It-tbatija tistieden biex il-bniedem igorr, u hekk għamel Ġob. Kultant qal li Alla kien inġust miegħu, iżda mbagħad fehem li żbalja u li l-għemil ta‟ Alla ma jifhmu ħadd. Wara tbatija kbira, Alla ħenn għal Ġob u ppremjah f‟din id-dinja stess. Jista‟ jkun li min qiegħed ibati ma jkunx ippremjat f‟din l-art, imma għandu jkun żgur li Alla ma nsiehx, u li jroddlu dak li ħaqqu fis-sema. Jalla din il-kitba toffri s-sabar u t-tama li f‟jum jew ieħor jasal żmien aħjar.

FREE download here (pdf)


IL-PROFETI

Saturday, April 3rd, 2010

IL-PROFETI

Guido Schembri ofm

(pp. 90)

© Copyright 2001 – EDIZZJONI TAU

L-istorja tal-Poplu l-Magħżul ta’ l-Antik Testment hija mdawwla bil-preżenza u t-tagħlim dejjem ħaj tal- Profeti. Dawn il-bnedmin, magħżula minn Alla, biex iwasslu leħnu u l-messaġġ Tiegħu lill-poplu huma dejjem attwali. Il-ħajja u l-messaġġ tagħhom jisfidana biex ma nibqgħux komdi u nduru b’aktar ħerqa lejn il-Mulej. Dan il-ktejjeb huwa strument ċkejken biex nagħrfu aħjar il-ħajja u l-ħidma tal-profeti. Huwa frott kors ieħor organizzat mill-Kummissarjat ta’ l-Art Imqaddsa fil-Gżejjer tagħna. B’dan il-ktejjeb inkomplu nġeddu l-ħidma u l-impenn tagħna favur l-Art Imqaddsa u l-Kelma ta’ Alla.

FREE download here (pdf)


IT-TESTMENT IL-ĠDID

Saturday, April 3rd, 2010

IT-TESTMENT IL-ĠDID

“Pro Manuscripto”

Guido Schembri ofm

(pp. 577)

© Copyright 2003 – EDIZZJONI TAU

Din hija traduzjoni ġdida tat-Testment il-Ġdid maħduma minn P. Guido Schembri ofm direttament mit-testi oriġinali. Hawnhekk qed inġibu l-pubblikazzjoni tagħha Pro Manuscripto.

FREE download here (pdf)